Inċident Tat-Traffiku F’San Pawl Il-Baħar

 Inċident Tat-Traffiku F’San Pawl Il-Baħar

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Burmarrad, San Pawl il-Baħar.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 51 sena residenti San Pawl il-Baħar stess intlaqtet minn mutur tal-għamla Yamaha, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Iż-żewġ persuni ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħedu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-mara sofriet ġrieħi gravi, filwaqt li s-sewwieq tal-mutur sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com