Inċident Tat-Traffiku F’San Pawl Il-Baħar
Ilbieraħ, għall-ħin tat-8:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 47 sena residenti San Pawl il-Baħar, kien
qiegħed isuq vettura tat-tip Daihatsu , tilef il-kontroll u kellu impatt mal-crash barriers.
Konsegwentement, id-Daihatsu ħabtet ukoll ma’ vettura tal-għamla Otokar Kent 280 LF, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħaż-Żabbar. Tim mediku ta’ l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 47 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.