Ira Losco Tgħid Li Libset L-Abjad Għax Il-Koppja Ma Kinux Lebsin L-Abjad Huma

 Ira Losco Tgħid Li Libset L-Abjad Għax Il-Koppja Ma Kinux Lebsin L-Abjad Huma

“I’ve had this dress for 10 years and I really love it. Yesterday I got to wear it at a wedding because the groom and groom weren’t wearing white.” Hekk kitbet Ira Losco fuq il-midja soċjali tagħha fejn anke għamlet hash tags re-use, re-cycle. Huwa ġest sabiħ li artisti maħbubin bħal Ira jgħinu biex tinbidel il-mentalità u fejn libsa tkun għadha sabiħa u tiġik, għaliex m’għandekx tużaha u twarrabha?

Madanakollu, kien hemm ukoll interpretazzjonijiet oħra ta’ dak li kitbet Ira. Il-preżentatriċi u kantanta Marisa D’Amato tkellmet magħna u spjegat li f’tieġ mhux suppost jintlibes l-abjad min-nisa għaliex hija d-‘dress code’ tal-għarajjes.

“Jekk l-għarusa li kwazi kollha jibsu l-abjad, dik hija il-ġurnata tagħha u għandha tkun hi biss li tilbsu”, fissret Marisa filwaqt li spjegat kif Ira enfasizzat u għamlet sew, li libset l-abjad għax l-għarajjes ma kienux bl-abjad.

Intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com