Ivan Castillo Jistaqsi X’Qed Tagħmel Infrastructure Malta
Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan Castillo staqsa x’qed tagħmel Infrastructure Malta dwar żona li ilhom xhur f’sitwazzjoni u qal li “qisu hemm aktar li ġejjin.”
Irrefera għaż-żona wara l-iskola ta’ San Pawl il-Baħar fi triq il-Katidral li ra b’għajnejh waqt home visits li għamel nhar is-Sibt li għadda.
“Kif m’aħniex kapaċi nibdew proġett u nlestuh u nassiguraw li jkun hemm koordinazzjoni aħjar fost l-entitajiet!! x’qed tagħmel fil-fatt Infrastructure Malta!!”, temm jgħid Castillo.