Iweġġħu Wara Inċident Bil-Quadbike f’Għawdex

 Iweġġħu Wara Inċident Bil-Quadbike f’Għawdex

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq San Anard, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel Taljan ta’ 29 sena, li kien qiegħed isuq quadbike u miegħu kellu mara Taljana ta’ 29 sena bħala passiġġiera, tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ ħajt.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com