Jirbaħ Is-Sens Komun – Iż-Żewġ Baned Tal-Kalkara Jiltaqgħu Fil-Marċ Ta’ Filgħodu Wara 20 Sena
Qabel, fil-Kalkara kienet tradizzjoni li l-partitarji taż-żewġ każini jgħaddu minn quddiem xulxin. Iżda wara argument ‘l fuq minn 20 sena ilu, kien sar ftehim ġdid li permezz tiegħu il-baned kienu ftehmu li ma jgħaddux aktar minn quddiem il-każini rispettivi.
Illum wara 20 sena, fil-konfini ta’ żewg għaqdiet (iż-żona tan-naħa tal-blu u ż-żona tan-naħa tal-ħomor) iż-żewg baned iltaqgħu hekk kif ir-rotta kienet qrib xulxin.
Spontanjament il-partitarji żiedu l-briju tagħhom u qalb naqra kommossjoni, imbagħad bi ftehim mis-Sindku u ż-żewġ kumitati, indaqq l-innu marċ ta’ San Ġużepp, il-patrun tal-kalkara miż-żewg baned; Banda San Ġużepp u Banda Sagra Familja.
Mument storiku u li żgur li niżel tajjeb ma’ dawk preżenti.