Joseph Muscat Jinħatar Chairman Tal-MPFCA
Il-klabbs tal-Premier League ħabbru li ħatru lil Joseph Muscat bħala Chairman tal-Malta Professional Football Clubs Association (MPFCA).
Fi stqarrija ntqal li “Muscat se jkun qed imexxi l-MPFCA biex jigu implimentati riformi li se jwasslu biex tigi ffurmata organizzazzjoni li tmexxi l-Premier League b’ mod separat mill-Malta Football Association (l-MFA), bi ftehim mal-MFA, skont l-istess strategija tal-MFA.”
B’ 7 voti favur, 4 voti kontra, u 3 astensjonijiet, Muscat inħatar f’dan l-irowl ġdid.
Intqal li biex il-Premier League isir aktar professjonali u sostenibbli, hemm bżonn ta’ riformi importanti li jridu jsiru u jkunu esegwiti.