Kemm Kienu Jmorru Jistudjaw il-Malti Fil-Klassijiet Ta’ Filgħaxija Lura Fl-1947?

Bħal-lum 7 ta’ Lulju tal-1947, kien ħareġ rapport dwar l-Edukazzjoni tal-Kbar għall-1946-47. Fih kien intqal li mal-4,000 persuna kienu jmorru l-klassijiet ta’ filgħaxija biex jitgħallmu l-Malti.
Mal-Malti, kienu wkoll jitgħallmu l-Ingliż bażiku u l-kalkulazzjonijiet ħfief. Ħafna kienu jfallu minħabba xogħol fl-għelieqi u funzjonijiet fil-Knejjes.
Ħafna ma baqgħux imorru kif tgħallmu jlissnu dak li kellhom bżonn, jagħmlu xi somma jew jiktbu isimhom.
Kos kemm jinbidel iż-żmien. Mur għid lil xi ħadd illum li jfalli l-iskola minħabba funzjoni tal-Knisja!
Ritratt: Malta Audio Visual Memories