L-AUM Tikkontribwixxi Għall-Festa Tradizzjonali Ta’ Bormla.

 L-AUM Tikkontribwixxi Għall-Festa Tradizzjonali Ta’ Bormla.

Wara numru ta’ diskussjonijiet li saru bejn l-Universita’ Amerikana ta’ Malta, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla, u l-Kumitat tal-Festa ta’ Bormla, l-AUM ikkommettiet ruħa li tipprovdi assistenza u kollaborazzjoni fl-organizzazjoni u l-preparazzjoni tal-Festa tradizzjonali ta din l-lokalita’.

L-AUM, li tinsab fil-qalba ta’ Baċir Numru 1 f’Bormla, fetħet il-bibien tagħha għall-Kumitat tal-Festa u offriet parti mill-binja tagħha sabiex jkunu jistgħu jiġu maħżuna affarijiet loġistiċi, dekorazzjonijet, u ornamenti relatati u assoċjati mal-festa li ssir kull sena. L-AUM qablet ukoll li tagħmel disponibbli spazju apposta fuq il-kampus tagħha sabiex setgħu jiġu armati ornamenti u dekorazzjonijiet tradizzjonali relatati mal-istess festa.


Minħabba li l-AUM hija meqjusa bħala parti integrali mill-komunità ta’ Bormla, delegazzjoni mill-AUM ħadet ukoll sehem fl-attivitajiet kollha tal-festa. Ilbieraħ, numru ta’ membri tal-Kumitat tal-Festa ta’ Bormla żaru l-Universita’ Amerikana ta’ Malta fejn iltaqgħu uffiċċjalment ma’ membri tal Amministrazzjoni. Waqt din iż-żjara, il-Kumitat ippreżenta tifkira ta’ apprezzament lit-tim tal-AUM
għall-impenn tal-Unversita’ lejn il-festa tal-lokal. Il-Kumitat tal-Festa u l-Maniġment tal-AUM żammu laqgħa żgħira, f’liema laqgħa kien hemm ukoll preżenti il-President tal-Universita, Dr Michel Najjar.

Dr. Najjar, il-President tal-Universita’ Amerikana ta’ Maltla qal, “Bħalha Universita’ Amerikana ta’ Malta, nifmhu li għandna nkunu partners ugwali mal-komunita’ ta’ Bormla. Il-Festi tagħhom huma l-Festi tagħna, filwaqt li t-tħassib tagħhom huwa t-tħassib tagħna. Apparti milli nipprovdu edukazzjoni ta’ kwalta’ lill-istudenti tagħna, bħala Universita’ nibqgħu kommessi li nkomplu nitkellmu iżjed mal-komunita’ u nirrispondu għall-ħtiġijiet tagħhom. Il-bieb tagħna jibqa’ miftuħ għalihom u għal stakeholders oħra kemm fuq skala reġjonali kif ukoll fuq skala nazzjonali. Irridu nsiru nafuhom iżjed filwaqt li jsiru jafuna iżjed.”

Il-Viċi President tal-Kumitat tal-Festa, is-Sur Marco Agius qal li f’dawn l-aħħar ġimgħat, l-Universita’ Amerikana ta’ Malta irrispondiet għall-esiġenzji tal-Kumitat tal-Festa u fetħet il-bibien tagħha sabiex il-Festa tradizzjonali setgħet tiġi organizzata b’suċċess. Hu iirringrazzja l-Maniġment tal-AUM, b’mod personali lill-President Dr Michel Najjar, għall-impenn tagħhom lejn din l-organizzazjoni u lejn il-komunita’. Huwa qal li jħares ‘il quddiem sabiex tkompli tissaħħaħ din il-kollaborazzjoni mal-AUM fl-futur

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com