“L-UE U L-Ażerbajġan Sħab Strateġiċi … Fejn Huma L-Ipokriti Ta’ Pajjiżna?” – Jason Micallef

 “L-UE U L-Ażerbajġan Sħab Strateġiċi … Fejn Huma L-Ipokriti Ta’ Pajjiżna?” – Jason Micallef

“L-UE u l-Ażerbajġan sħab strateġiċi … fejn huma l-ipokriti ta’ pajjiżna llum?” Hekk kiteb Jason Micallef fuq il-midja soċjali tiegħu fejn tkellem dwar il-ftehim milħuq ilbieraħ.

Qal li dak li tant qed tiftaħar bih illum l-Unjoni Ewropea mal-Gvern tal-Ażerbajġan, wettqu Gvern Laburista għal pajjiżna 7 snin ilu u qal li għadna ngawdu minnu sal-lum.

Staqsa: “Fejn huma tal-PN illum? X’se jgħidu issa? Li “OK” illum li jkollok lill-Ażerbajġan sieħeb strateġiku fil-qasam tal-enerġija? Fejn huma l-“bloggers” tal-bieraħ, u llum, li tant xerrdu gideb u mibgħeda meta pajjiżna ffirma l-istess sħubija 7 snin ilu?”
B’aktar mistoqsijiet, kompla jistaqsi għal tweġibiet minn persuni politiċi li kkritikaw il-ftehim li kien sar 7 snin ilu imma li skont hu, illum sar tajjeb għax qed issemmieh l-Unjoni Ewropea.
“Fejn intom illum? Qed taħbu wiċċkom bil-mistħija ja qatta foloz u ipokriti, u ngħidhielkom bil-qalb għall-ħsara KOLLHA li għamiltu lil Malta tagħna lkoll kull fejn kontu”, temm jgħid Micallef.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com