L-Uffiċċju Tal-President Iffirma L-Liġi L-Ġdida Tal-IVF
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabba fuq twitter li l-uffiċċju tal-President, illum iffirma l-liġi l-ġdida tal-IVF.
Dan wara li aktar kmieni dan ix-xaħar il-Parlamanet approvaha b’maġġoranza kbira.
Fearne tenna li din il-ġimgħa stess se jkun ippubblikat l-avviż legali bil-protokol aġġornat.
Illum l-Uffiċċju tal-President iffirma l-liġi l-ġdida tal-#IVF wara li aktar kmieni dan ix-xahar il-Parlament approvaha b’maġġoranza kbira. Din il-ġimgha stess nippubblikaw l-Avviż Legali bil-protokol aġġornat 🇲🇹
— Chris Fearne (@chrisfearne) July 27, 2022