Lyndsay Pace B’Silta Ġdida “Trippin’”
Fost ħafna proġetti, Lyndsay bħalissa qed tiffoka fuq ir-rilaxx ta’ l-ewwel album tagħha bl-isem ta’ “Dopamine” fuq stil pop li jikkonsisti fi 12 il-kanzunetta li ħiereġ dan is-sajf. Dan il-proġett huwa maħdum b’kollaborazzjoni ma’ Highkey Music fl-Inghiltera fost produtturi famużi.
L-aspirazzjonijiet ta’ Lyndsay jiġu minn esperjenzi personali, interazzjonijiet ma’ individwi li jaffettwawha b’xi mod jew ieħor u l-opinjonijiet tagħha dwar id-dinja. Bħala ġeneru mużikali hemm varjazzjoni bejn siltà u oħra però ixeqleb iktar lejn stil kummerċjali b’melodiji tal-widna li jħallu mpatt pożittiv għas-semmiegħa.
Madankollu, il-kanzunetta friska tagħha “Trippin’” hija riflessjoni tal-enerġija li tipprometi din il-kantanta għaliex għandha ritmu mexxej u ħoss kurrenti ħafna. L-album sħiħ se jkun disponibli wkoll fuq il-pjattaformi diġitali bħal Spotify, ITunes kif ukoll Apple Music.
Lyndsay kontinwament taspira fil-karriera mużikali tagħha biex tilħaq l-ambizzjonijiet li tixtieq u għaldaqstant tilħaq livell professjonali kemm jista’ jkun.