Mara Tintlaqat Minn Vettura F’Ħal Qormi

Illum, għal xi l-għaxra u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Eġizzjana ta’ 43 sena residenti Raħal Ġdid, intlaqtet minn Toyota li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 64 sena residenti Ħal Qormi.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.