MCC Tippreżenta Serata Ma’ MASDAN TRIO

 MCC Tippreżenta Serata Ma’ MASDAN TRIO

Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Belt Valletta ser tippreżenta serata ma’ MASDAN TRIO.

Dan l-avveniment ser ikun qed iseħħ nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Lulju 2022 fis-7.30pm fis-Sala Girolamo Cassar, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta.

Il-MASDAN TRIO ngħaqdu flimkien bħala tlett mużiċisti Siċiljani u b’esperjenzi kbar warajhom fis-sena 2018. It-tlieta li huma għandhom warajhom esperjenzi vasti f’kunċerti kbar. Dan it-trio jikkonsisti f’Nicola Mogavero fuq is-saxophone, Giusy Cascio fuq il-pjanu u Luigi Sferrazza fuq il-vjolin.

Id-durata ta’ din is-serata hija 60 minuta, biljetti għal 10 ewro biss, filwaqt li tfal taħt 12-il sena mingħajr ħlas.

Għall-biljetti żuru s-sit www.showshappening.com u għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2559 5750.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com