Plejer Tal-Bayern Munich Jilgħab Logħba 5 A Side Ma’ Grupp Żgħażagħ Maltin
Isaac Micallef tella’ ritratt flimkien ma’ sħabu ma’ Alphonso Davies; plejer internazzjonali tal-Bayern Munich li nzerta kien hawn Malta u ra grupp ta’ żgħażagħ Maltin jilagħbu 5 a side fil-pitch ta’ Tigne Point.
Fuq Lovin Malta ntqal li għall-ewwel ma kinux indunaw min hu, sakemm bdew jersqu lejh in-nies u wara li staqsewh, għamel nofs siegħa jilgħab magħhom fejn skorja wkoll żewġ goals.
Immaġinaw x’ħassew dawn iż-żgħażagħ.