Privileġġ Mogħti Biss Lill-Abbatini Tad-Djoċesi Ta’ Malta U Għawdex – Ikellimna George Abela
Bħalissa grupp ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin qed iwettqu esperjenza ta’ ħidma fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Kien propja fil-1965 fejn l-abbatini mill-parroċċi Maltin bdew joffru dan is-servizz fil-vatikan bil-għan li l-abbatini tal-post jkunu jistgħu igawdu ftit jiem ta’ mistrieħ matul is-Sajf.
Huwa privileġġ li tul dawn is-snin minn tant djocesijiet mifruxa ma’ kull kantuniera tad-dinja, ġie mogħti biss lill- abbatini tad-djoċesi ta’ Malta u Għawdex rispettivament.
Stradarjali tkellem ma’ George Abela mil-parroċċa ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex, wieħed mill-abbatini li qiegħed fil-Vatikan għal din l-esperjenza.
Huwa stqarr li s-servizz mhux wieħed faċli fejn ta’ kuljum flimkien ma’ sħabu abbatini Għawdxin u Maltin jidħlu fil-Vatikan fis-sitta u kwart ta’ filgħodu fejn jibdew jipreparaw l-artali tal-Bażilika u fis-sebgħa ta’ filgħodu jissokta l-quddies.
F’nofs inhar ikun hemm ħin ta’mistrieħ sat-tlieta fejn titkompla l-ħidma sa tard wara nofsinhar. George Abela ilu abbati minn meta kellu ħames snin u huwa maħsub li huwa wieħed mill-iżgħar abbatini li qatt servew l-artal madanakollu qatt ma imaġina li ser jasal għal din l-esperjenza straordinarja li qed jesperjenza flimkien ma’ sħabu Maltin.
Awguri lilkom.