Proġett Ġdid Li Jimmanifattura S-Solar E-Bikes F’Malta
Tnieda proġett ġdid li jippreżenta soluzzjonijiet innovattivi favur l-ambjent permezz tal-manifattura lokali ta’ e-bikes. Din it-tnedija saret fix-showroom ta’ GasanZammit Motors Limited f’Birkirkara. Ir-riċerka għal dan il-proġett kienet iffinanzjata mill-Programmi ta’ Finanzjament tal-Unjoni Ewropea.
Il-fundatur tal-Malta Electromobility Manufacturing Ltd. (MEM), l-imprenditur Taljan Pietro Perlo, iddikjara li dan il-proġett ambizzjuż mistenni jara lil Malta tersaq aktar lejn l-użu ta’ mezz ta’ trasport aktar nadif, aktar sigur u affordabbli. Waqt it-tnedija, Dr Perlo qal li l-idea għall-iżvilupp tal-proġett u l-manifattura tiegħu f’Malta, ħarġet wara l-preżentazzjoni tal-kunċett tiegħu f’Turin, fejn ġie avviċinat miċ-Chairman ta’ Erremme Business Advisors, is-Sur Reuben Buttigieg, li ikkonvinċiewh biex iqis lil Malta bħala ċ-ċentru għall-iżvilupp ta’ dan il-proġett.
Fl-indirizz tiegħu Dr Perlo qal li sab appoġġ sħiħ minn naħa tal-Malta Enterprise. Kompla jgħid li l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia kien strumentali biex għen biex din l-idea tittrasforma f’kunċett, li minnu twieldet il-kumpanija l-ġdida Malta Electromobility Manufacturing LTD (MEM).
Waqt li kien qed jindirizza lil dawk preżenti, is-Sur Reuben Buttigieg, Direttur Maniġerjali ta’ Erremme Business Advisors qal, “Il-proġett tal-e-bikes solari huwa proġett ta’ teknoloġija innovattiva li huwa konformi mad-direzzjoni li qed tieħu Malta f’diversi aspetti. L-ewwel u qabel kollox, jippromwovi l-benesseri fiżiku peress li jassisti f’dik li għal ħafna tidher li hija attività diffiċli. Konsegwentement, jippromwovi l-isports, l-anzjanita attiv u l-kura tas-saħħa preventiva. Jikkumplimenta wkoll il-promozzjoni mill-awtoritajiet tat-turiżmu sportiv individwali. L-elettromobbiltà tgħin ukoll fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u fit-tnaqqis tat-traffiku fit-toroq tagħna. Huwa wkoll għal din ir-raġuni li Transport Malta toffri għotjiet biex tgħin lin-nies jixtru din it-tip ta’ rota. Ir-roti huma 2/3/4 roti, li fihom infushom huma aktar aċċessibbli. Malta iżda teħtieġ kampanja qawwija biex tippromwovi bidla fil-kultura lejn l-elettromobbiltà. Fil-proposta ta’ dan il-proġett, il-MEM sabet appoġġ u inkoraġġiment qawwi minn diversi awtoritajiet, b’mod partikolari mill-Malta Enterprise li magħha l-MEM qed tiddiskuti firxa usa’ ta’ vetturi tal-elettromobbiltà li għandhom jiġu manifatturati f’Malta.”
GasanZammit Motors Limited hija l-kumpanija li se timbarka fuq din l-impriża u ser tkun qed tirrappreżenta lil Malta Electromobility Manufacturing Ltd. (MEM) f’Malta. Il-mira aħħarija ta’ dan il-proġett hija li jieħu bejn 20 u 25 fil-mija tas-suq tar-roti elettriċi f’Malta. Skont it-tbassir inizjali, huwa stmat li dan se jipprovdi wkoll impjieg għal madwar 90 persuna bejn l-2023 u l-2025.
MEM se tipproduċi dawn ir-roti elettriċi li jaħdmu b’pannelli fotovoltajċi, fi sforz biex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw it-tranżizzjoni minn karozzi tradizzjonali li jaħdmu bil-fjuwil għal karozzi elettriċi. Dawn l-e-bikes joffru prestazzjoni tajba, huma effiċjenti u joffru sigurtà f’konformità mal-programm Ewropew ta’ Valutazzjoni ta’ Karozzi Ġodda (EURO NCAP). Dawn ir-roti elettriċi huma differenti minn dawk li huma diġà disponibbli fis-suq. L-e-bikes MEM huma unikament mgħammra bi tliet roti – waħda fuq quddiem u tnejn fuq wara, joffru aktar stabbiltà u sigurtà, kif ukoll manuvrar ħafna aktar faċli.
Il-MEM se tipproduċi dawn l-e-bikes f’impjant tal-manifattura f’Malta permezz ta’ investiment li jkun konformi u jirrispetta l-miri tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u l-effetti tal-gassijiet tas-serra. MEM hija wkoll imsieħba fl’istituzzjoni ta’ 21 Ride & Drive (R&D) li jinkludi STMicroelectronics, Prima Industrie, SUPSI University, Bit & Brain Technologies u Waseda University of Japan.