Raġel Isofri Ġrieħi Gravi F’Ħad-Dingli

Ilbieraħ, għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’razzett fi Sqaq il-Kalkara, Ħad-Dingli.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 67 sena residenti Ħad-Dingli, kien qiegħed jaħdem b’chaser f’sular li jinsab taħt kostruzzjoni u weġġa’ idejh.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.