Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Inċident Bil-Mutur
Raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Qormi, għal xi d-disgħa ta’ filgħodu, kellu jittieħed lIsptar Mater Dei wara inċident fi Triq ix-Xatt, Bormla.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Honda CBF li kien qed isuq u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li qedisofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.