Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ Minn Fuq Sellum Fil-Mellieħa
Ħaddiem Taljan ta’ 51 sena residenti San Pawl il-Baħar, sofra ġrieħi gravi f’inċident fuq il-post tax-xogħol.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ dalgħodu f’binja fi Triq il-Marfa, Mellieħa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-ħaddiem waqa’ minn fuq sellum. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.