Raġel Iweġġa’ Gravi F’Inċident Tat-Traffiku
Raġel ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa, għal xi s-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Qasam Barrani, il-Mellieħa.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta’
19-il sena residenti l-Imġarr, u Volkswagen T-Cross misjuq mill-vittma. Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.