Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi

Dalgħodu , għall-ħabta tal-ħdax u kwart, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Kymco Agility misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar stess u vettura li allegatament telqet minn fuq il-post tal-inċident.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin