Sofra Minn Ħruq Waqt Li Kien Qed Jirranġa D-Dgħajsa

 Sofra Minn Ħruq Waqt Li Kien Qed Jirranġa D-Dgħajsa

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-ħdax, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna li weġġgħat fi Triq San Pawl Kuntent, ir-Rabat.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 36 sena residenti l-Gudja, sofra minn xi ħruq waqt li kien ġo garaxx qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq dagħjsa.

Ir-raġel ingħata l-assistenza fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar ġie ċċertifkat bi ġrieħi serji. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġstrat tal-Għassa Dr. Noel Bartolo li ordna inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com