“Strumentali Għal Aktar Riformi Fis-Soċjetà” – Żgħażagħ Laburisti
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Żgħażagħ Laburisti approvat l-Eżekuttiv ġdid f’din il-fergħa.
Il-President ta’ Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja, sellem u rringrazzja lill-Eżekuttiv uxxenti u awgura lill-membri l-ġodda biex din l-esperjenza tkun ta’ suċċess.
Huwa qal li m’għadx fadal żmien ir-retorika politika u wasal iż-żmien li nieħdu azzjoni dwar suġġetti importanti – skomdi kemm huma skomdi. Qal li l-Partit Laburista kien imwaqqaf biex joħloq soċjetà ġusta u ugwali, u għalkemm avvanzajna f’dan ir-rigward, tant li fejn jidħlu drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti mill-komunita LGBTIQ+ ninsabu l-ewwel f’diversi indiċi internazzjonali, il-mentalità xorta waħda tibqa’ kwistjoni li mhux neċessarjament tirrifletti dak li hemm miktub fil-liġi.
Bugeja stqarr li ma nistgħux nibqgħu naħarbu minn diskussjonijiet li jitrattaw is-saħħa sesswali, menstruwali, kif ukoll is-saħħa mentali u suġġetti li huma marbuta mal-awtonomija tal-persuna. Huwa ħeġġeġ għal aktar attiviżmu sabiex il-Partit Laburista jibqa’ jkun l-aktar forza rilevanti għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
L-Eżekuttiv il-ġdid ta’ Żgħażagħ Laburisti hu kompost kif ġej:
President – Georvin Bugeja
Viċi President – Christian Cauchi
Segretarju – Maria Ellul
Segretarju Deputat – Mikela Abela
Uffiċjal Finanzi – Maxilin Pisani
Uffiċjal Politiku – Miguel Cauchi
Uffiċjal għall-Informazzjoni – Miguel Abela
Uffiċjal Internazzjonali – Martina Grech
Uffiċjal għar-Riżorsi Umani – Tonio Farrugia
Uffiċjal Organizattiv – Mohamed El Bakry
Membri Uffiċjali – Pearl Agius, Ruslana Barbara, Mario Fenech, Natalia Muscat, Luca Schembri