Sufan Kollu Flokkijiet Ta’ San Bastjan

 Sufan Kollu Flokkijiet Ta’ San Bastjan

Huma ħafna d-dilettanti u l-fanatiċi tal-festi li sena wara sena, qisu b’mod tradizzjonali, jixtru jew jagħmlu flokk tal-festa li jkunu jipparteċipaw fiha. Ħafna drabi dawn il-flokkijiet jintużaw fil-jiem tal-festa u daqshekk. Iżda dilettanta u fanatika tal-festa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi sabet mezz ieħor u użu b’dawn il-flokijiet.

Iddeċidiet li grazzi għal Karen Azzopardi, persuna li tagħmel xogħol bl-idejn, tgħaqqad dawn il-flokkijiet tal-festa fi ‘throw-over‘ għas-sufan tagħha. Jidher li din il-persuna, hekk kif beda Lulju, ix-xahar tal-festa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, ħarġet din it-‘throw-over‘ u daħlet fl-atmosfera tal-festa li tħobb.

Ritratt mill-facebook ta’ Karen Azzopardi (Handmade Memories & More By Karen Azzopardi)

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com