Uffiċjali: Il-Eurovision Song Contest 2023 Fir-Renju Unit

 Uffiċjali: Il-Eurovision Song Contest 2023 Fir-Renju Unit

Daqshekk xniegħat, daqshekk negozjati, issa uffiċjali! Il-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla ser jittella’ fir-Renju Unit.

L-istazzjon televiżiv BBC ser ikun qed jorganizza dan l-akbar spettaklu televiżiv f’isem l-istazzjon Ukren UA:PBC

Aħna grati mmensament li l-BBC aċċetta li jorganizza l-Eurovision Song Contest fir-Renju Unit is-sena d-dieħla” Saħaq Martin Österdahl, is-Supervisor Eżekuttiv tal-Eurovision Song Contestent . L-EBU qalu li rappreżentanti mill-istazzjon Ukren UA:PBC ser jaħdmu mal-BBC biex fl-ispettaklu jkun hemm element Ukren, apparti li Ukrajna bħala l-pajjiż rebbieħ kif inhi d-drawwa ser jikkompetu direttament fil-finali.

Id-dati meta ser jittella’ l-Eurovision Song Contest tal-2023 ser jitħabbru fil-ġranet li ġejjien u issa ser jibda proċess għall-Belt ospitanti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com