Workshop Għat-tfal Dwar L-Armar Tal-Festa
Il-Klabb Tfal tat-Titular b’kollborazzjoni mal-Għaqda Armar fi ħdan is-Soċjeta’ Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba matul il-ġimgħa li għaddiet organizzaw Workshop għat-Tfal dwar l-Armar tal-Festa.
Din kienet esperjenza mill-aqwa għal dawn it-tfal li setgħu jaraw mill-qrib kif isiru xi ftit mill-ħafna proċessi li jeżistu fl-arti tal-Armar tal-Festa. It-tfal ingħataw ukoll l-opportunita’ li huma wkoll imiddu jdejhom u jippruvaw xi wħud minn dawn il-proċessi fosthom il-proċess tal-Irħamar kif ukoll tal-ħdim tal-liedna.
Dan il-workshop li kellu l-intenzjoni li jibda’ jressaq lit-tfal żgħar sabiex jiskopru li hemm arti infinita fejn jidħol l-armar tal-Festa u din tista’ wkoll isservi sabix it-tfal tal-lum li huma iż-żgħażagħ futuri jidħlu fid-dinja tal-volontarjart li jista’ jagħti għadd ta’ sodisfazzjon, kif ukoll, sabiex din is-snajja tradizzjonali u antika li għaddewlna ta’ qabilna aħna wkoll ngħadduha lil ġenerazzjonijiet futuri.