Adrian Delia Ma Jaqbilx Ma’ 3 Kunsilli Dwar Il-Grand Prix Tal-Imdina

 Adrian Delia Ma Jaqbilx Ma’ 3 Kunsilli Dwar Il-Grand Prix Tal-Imdina

Wara li tliet Kunsill Lokali oġġezzjonaw għar-ritorn tal-Grand Prix ta’ karozzi antiki fl-inħawi tal-Imdina, id-deputat Parlamentari Nazzjonalista Adrian Delia ma qabilx mal-oġġezzjoni tal-Kunsilli Lokali tar-Rabat, tal-Imtarfa u tal-Imdina.

B’referenza għal dan, Adrian Delia, kelliem għall-PN dwar it-transport, kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu li ma jistax jifhem għalfejn qed issir din l-oġġezzjoni. Huwa qal: ”Nippermettu ‘parties’ kbar matul is-sajf, nippermettu avvenimenti tal-massa b’eluf matul is-sena, nippermettu attivitajiet ta’ kull xorta għal interess kummerjali, umbgħad infixxklu avveniment li jżid valur, jgħaqqad il-passjoni u sbuħija flimkien u li jsaħħaħ il-kalendarju kulturali turistiku tagħna”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com