Argument F’San Ġwann. Involut Pollakk U Żewġ Persuni Oħra

L-Erbgħa filgħaxija, għall-ħin tad-9:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’argument fi Triq il-Gallina, San Ġwann. Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Pollakk ta’ 27 sena u residenti San Ġwann kellu argument ma’ żewġ persuni, li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa. Waqt l-argument il-Pollakk intlaqat ukoll minn vettura Renault Zoe u ż-żewġ persuni telqu minn fuq il-post bl-imsemmija vettura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt mill-arkivji