Arrestat Partitarju Serb F’Ta’ Qali

 Arrestat Partitarju Serb F’Ta’ Qali

Serb ta’ 34 sena ġie arrestat mill-Pulizija wara li lbieraħ filgħaxija daħħal materjal illegali fl-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali.

Waqt li kienet għaddejja partita futbol, il-Pulizija li kienu xogħol fl-imsemmi post innutaw partitarju jixgħel flare u wara tefgħu fil-ground.

Minn investigazzjonijiet li bdew immedjatament u permezz ta’ filmati li l-pulizija analizzat, ġie individwat dan il-partitarju. Malli l-pulizija avviċinawh, ir-raġel ipprova jaħrab, iżda nżamm mill-pulizija u anke rreżista l-arrest.

Huwa ttieħed l-Għassa ta’ Birkirkara u wara l-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, ilFloriana, fejn mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem illi ġejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com