Arrestat Wara Li Ħaraq Żewġ Vetturi

Investigazzjonijiet intensivi mill-Arsons Unit fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u dawk tad-Distrett ta’ Ħal Qormi wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 36 sena residenti l-Belt Valletta, b’rabta ma’ ħruq ta’ żewġ vetturi.
Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda, l-20 t’Awwissu, meta għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu, il-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu jassistu fi Triq ix-Xitwa, Ħal Qormi peress li kien hemm xi vetturi qed jaqbdu.
Wara li ntfew in-nirien, minnufih bdew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija filwaqt li ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia LL.D li ħatret inkjesta.
Ir-raġel mistenni jiġi mressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.