Bħal-Lum Kienet Inqalgħet Kwistjoni Bejn Malta U L-Libja Dwar Tħaffir Taż-Żejt

Kien bħal-lum 23 t’Awwissu tal-1980 meta nqalgħet kwistjoni bejn Malta u l-Libja dwar it-tħaffir għaż-żejt mir-rig Taljan Saipem f’isem kumpanija Amerikana Taxaco.
Żewġ laneċ armati Libjani kienu waslu mar-rig u kienu ordnaw lill-Kap tat-Tħaffir biex iwaqqaf ix-xogħol.
Il-Libja kienet qalet li t-tħaffir kien qed isir f’baħar li kien tagħha, ħaġa li kienet ikkontestata mill-Gvern Malti.