BIL-FILMAT: 10 Snin Ilu Miet Dom Mintoff

”Illum waslet is-siegħa, meta kull Malti, juri li Malta, għalina tiġi l-ewwel u qabel kollox”
”Biex tmexxi għal pajjiżek, trid tkun tħobbu”
”Il-31 ta’ Marzu, f’nofsilejl tkun l-akbar festa li qatt rat Malta”
3 sentenzi bi ftit kliem li żgur jibqgħu assoċċjati mal-Perit Duminku Mintoff li llum jagħlaq 10 snin li ħalla din id-dinja.
Bosta huma dawk li qed ifakkru lil Dom Mintoff f’kitbiet diversi. Il-Partit Laburista qed ifakkar dan l-anniversarju b’filmat li ġie ppublikat fuq il-mezzi soċjali u l-mezzi tax-xandir.