Bil-Filmat: It-Tim Ta’ Naxxar Lions Jippreżenta L-Kit Il-Ġdid

 Bil-Filmat: It-Tim Ta’ Naxxar Lions Jippreżenta L-Kit Il-Ġdid

F’serata li rat il-pjazza tan-Naxxar mimlija nies f’attività li saret min-Naxxar Lions FC bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Naxxar, it-tim ġie ppreżentat bil-kit il-ġdid tiegħu. Dan jikkonsisti fil-kuluri abjad, iswed u aħmar.

Is-serata kienet mżewqa bil-preżentazzjoni wkoll tal-Under 15’s, 17’s u l-Minors kif ukoll it-tim tal-kbar. Pjaċevoli wkoll kien il-mument meta ngħaqdu ex plejers tat-tim u eks membri tal-kumitat li wkoll attendew għal din l-attività fi Pjazza Vittorja.

Għalkemm it-tim ta’ Naxxar Lions jinsab mingħajr il-klabb storiku tiegħu fil-pjazza, jidher li dan mhux jaqta’ qalb il-ħidma li għaddejja biex it-tim jasal fejn jixraqlu.

Awguri Naxxar Lions.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com