Bugħaddas Jitlef Ħajtu

 Bugħaddas Jitlef Ħajtu

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi ta’ bejn ix-Xatt ta’ Buġibba u l-Gżejjer ta’ San Pawl.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li raġel ta’ 35 sena residenti Ħal Għaxaq kien qiegħed jogħdos f’dawk l-inħawi u ma telax. Minnufih intalbet l-assistenza tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u tal-Protezzjoni Ċivili, li bdew tfittxija intensiva, kemm permezz ta’ team ta’ bugħaddasa kif ukoll b’dinghy u ħelikopter.

Sfortunatament, dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ kadavru fl-inħawi tal-Gżejjer ta’ San Pawl u ġie kkonfermat li huwa tarraġel ta’ 35 sena. Aktar tard il-kadavru ddaħħal fil-Bażi Marittima f’Xatt it-Tiben.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com