Dettall Minn Wara Ta’ Kif Se Tinxtegħel Ir-Rotunda Tal-Mosta Minn Għada

 Dettall Minn Wara Ta’ Kif Se Tinxtegħel Ir-Rotunda Tal-Mosta Minn Għada

Ġmiel. Minn għada, il-Bażilika popolari tal-Mosta se żżanżan sistema ġdida ta’ dawl li jagħti ġieħ lill-valur arkitettoniku tal-binja.

Dan wara investiment ta’ €850,000 mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali, l-NDSF. Dan il-proġett se jħares il-ġebla nnifisha, se jnaqqas it-tniġġis iġġenerat mid-dawl antik, u se jsebbaħ l-ambjent, kemm tal-monument innifsu, u anke tal-mod ta’ kif jidher minn diversi bliet u rħula fil-madwar.

Dan kien tħabbar primarjament waqt konferenza tal-aħbarijiet fid-9 t’Awwissu tas-sena 2021 li kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat.

Id-dawl se jkun ikontrollat permezz ta’ sistema ċentralizzata, b’mod li jista’ jinbidel skont l-okkażjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com