Diversi Persuni Arrestati Fil-Marsa
Aktar kmieni dalgħodu, Pulizija mill-Iskwadra tal-Immigrazzjoni u dawk għall-Kommunità, wettqu numru ta’ spezzjonijiet fil-Marsa. Waqt dawn l-spezzjonijiet ġew mitkellma diversi nies ta’ nazzjonalitijiet different u komplew f’numru ta’ proprjetajiet fi Triq is-Serkin, Triq il-Ġerrejja u Triq it-Tiġrija.
Matul dawn it-tfittxijiet il-Pulizija arrestat 27 persuna wara li nstab li, fost oħrajn, kienu qed jgħixu Malta b’mod illegali. Dawn ittieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana fejn inbeda l-proċess sabiex dawn il-persuni ma jibqgħux fil-pajjiż. Il-Pulizija kienet assistita minn uffiċjali mis-Servizz ta’ Detenzjoni. Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.