Fejn Tista’ Tagħti D-Demm Fil-‘Long Weekend’ Ta’ Santa Marija?

 Fejn Tista’ Tagħti D-Demm Fil-‘Long Weekend’ Ta’ Santa Marija?

National Blood Transfusion Service

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li l-għoti ta’ demm fi tmiem il-ġimgħa (long weekend) ta’ Santa Marija jista’ jsir:

1) Fiċ-ċentru tal-għoti tad-demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum (7 t’ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.

2) Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 14 t’Awwissu mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun maġenb il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli.

3) Fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 14 t’Awwissu ser tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

4) Fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar It-Tnejn 15 t’Awwissu mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr.

Dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti. Il-maskra waqt l-għoti tad-demm hi meħtieġa u importanti li jinxtorob l-ilma sew minn qabel tmur biex tagħti d-demm.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com