”Għidilna Issa Minn Fejn Qed Tqaċċat Il-€200 miljun?” – Jerome Caruana Cilia Lill-Ministru Tal-Finanzi
Caruana Cilia kiteb: ”Ilbieraħ il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li diġà naqqas €100 miljun mill-budget allokat għal din is-sena. Ftit ilu qalilna li jrid iqaċċat mal-€200 miljun. Jista’ jgħidilna minn fejn qaċċat dawn il-miljuni? Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji sar dan it-tnaqqis? Jista’ l-Ministru jgħid jekk ikkonsultax mal-MCESD? Smajna wkoll li naqqas il-budget allokat għall-Università ta’ Malta. It-tberbiq u l-isparpaljar mingħand ċertu Ministri sħabu u dawk veru qrib tagħhom ma dejquhx, l-edukazzjoni tal-istudenti beda jara żejjed.”
Hu żied jikteb u jistaqsi: ”Fost numru ta’ oqsma, jista’ l-Ministru jgħid jekk naqqasx ukoll mill-qasam tas-Saħħa? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-forzi tal-ordni f’pajjiżna? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għal qasam soċjali? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għal Għawdex? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-infrastruttura? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-qasam tal-Kultura u l-Gvern Lokali? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għar-riċerka u l-innovazzjoni? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-agrikoltura u s-sajd? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-anzjani, l-inklużjoni jew d-drittijiet tat-tfal? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għal qasam ambjentali? Jekk naqqasx ukoll mill-budget allokat għall-intrapriżi u l-qasam tax-xogħol?”