Ħamrun Spartans Ikkonfermati Fir-4 Rawnd Wara Li L-Protest Ma Ntlaqax

Il-protest minn Levski Sofia mal-UEFA kontra Ħamrun Spartans, dwar it-tieni gowl tal-Ħamrun, ma ntlaqax. Dan ifisser li Ħamrun Spartans huma kwalifikati għar-raba’ rawnd tal-UEFA Europa Conference League.
Levski Sofia fetħu protest u qalu li xi plejer jew plejers qabżu l-linja offensiva ta’ nofs il-grawnd mall-kick off ta’ Hamrun Spartans, u li dan wassal biex kien skorjat it-tieni gowl ta’ Ryan Camenzuli fl-94 minuta.
Ħamrun Spartans illum jivjaġġaw lejn Belgrad għall-partita kontra Partizan nhar il-Ħamis li ġej.