Ħamrun Spartans Jippreżentaw Lill-Akkwist Ġdid Tagħhom – Luke Montebello

 Ħamrun Spartans Jippreżentaw Lill-Akkwist Ġdid Tagħhom – Luke Montebello

Il-Bieraħ Hamrun Spartans Football Club ippreżentaw lill-akkwist ġdid tagħhom, l-attakkant internazzjonali Malti Luke Montebello.

Propju fil-ġimgħa tant mistennija minn kull Ħamruniż permezz ta video fuq il-mezzi soċjali fejn fiħ juri il-Ħamrun f’jiem ta festa, iż-żgħażugħ Malti Luke Montebello ġie preżentat bin-numru 7 in-numru li jimmarka il-festa tal-qaddis protettur tal-Ħamruniżi San Gejtanu.

L-aħbar tasal ftit jiem wara li Birkirkara F.C. ikkonfermaw li kienu aċċettaw offerta ta’ Hamrun Spartans Football Club għal dan it-trasferiment.

Il-plejer ta’ 26 sena kien ilu ma’ Birkirkara F.C. sa mill-2017, fejn skurja medja ta’ iktar minn gowl kull żewġ logħbiet; 41 gowl f’81 logħba mal-Istripes.

Montebello ser ikun qiegħed għad dispożizzjoni tal-kowċ Branko Nisevic għal partita tant mistennija tat-tielet rawnd tal-European Conference League kontra It-tim mill-Bulgarija ta’ Levski Sofia. Partita li ser tintlab illum fis-19:30 ta’ filgħaxija fil- grawnd Nazzjonali f’ta’ Qali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com