Il-‘Facial, Hair & Tattoo Policy’ Hija Tassew Pass ‘Il Quddiem – Tattoo Ma Tagħmlekx Inqas Iddixxiplinat
It-Taqsima Korpi Dixxiplinati, Ufficjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-GWU ferħet lill-amministrazzjoni tal-Korp tal-Pulizija dwar il-‘Facial Hair & Tattoo Policy’ ġdida li daħlet fis-seħħ mill-bieraħ.
Huma ħeġġew lill-Gvern sabiex tingħata direzzjoni lil postijiet tax-xogħol oħra sabiex imexxu fuq l-istess strateġija.
“Min jaf kemm intilfu opportunitajiet għal żgħażagħ bi kwalitajiet tajbin minħabba dan il-preġudizzju. Fl-aħħar mill-aħħar kien ukoll il-post tax-xogħol li tilef ħaddiema validissimi!”
Komplew jispjegaw kif id-Dixxiplina ma tiġix permezz ta’ jekk persuna tħallix leħja jew tkunx bit-tattoos, iżda permezz tal-integrità, imġieba tajba u karattru sod fost kwalitajiet oħra.