”Il-Festa Ta’ Santa Marija Ta’ Ħal Muxi Mietet” – In-Nutar Mariella Mizzi
![”Il-Festa Ta’ Santa Marija Ta’ Ħal Muxi Mietet” – In-Nutar Mariella Mizzi](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2022/08/299565298_10225431376744723_7967814644737826352_n-720x560.jpg)
”Meta ftit snin ilu kont ktibt li l-festa ta’ Santa Marija ta’ Ħal Muxi qed tmut, kien hemm min attakkani, anke b’allegazzjonijiet malafamanti tant li kelli nieħu passi legali” – Kitbet in-Nutar.
![](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2022/08/299680813_10225431377144733_8803164469291351585_n.jpg)
Hi żiedet tgħid: ”Illum nerġa’ nikteb, anzi nikteb b’aktar forza. Il-festa ta’ Santa Marija ta’ Ħal Muxi mietet. Ma mititx b’mewta naturali. Hemm bżonn li xi ħadd li jifhem u li għandu l-ħeġġa u l-enerġija jingħata t-tmexxija ta’ din il-knisja żgħira imma prezzjuża. Irid ikun xi ħadd lest li joffri saħħtu u ħinu bħalma kien jagħmel nannuwi. Mingħand in-nannu ma writniex flus, imma writna valuri kbar, wieħed minnhom li ngħożżu dak li ħallewlna l-antenati tagħna. Din il-kappella bl-attivitajiet tagħha kienet tiġbor fiha lill-Ħal Muxin kollha. Iz-zuntier kien is-social club tagħna. Konna niltaqgħu biex innaddfu konna nħossuna qisu morna xalata. Ġelat mingħand il-Bomber kien jinżel għasel … u lilu biss kellna, fi kwalunkwe każ! It-tombla, tas-sold xelin, it-tiġrijiet bl-ixkejjer, it-tug-of-war, ir-rakkolta bieb bieb, il-ġbir jien u ħija kull nhar ta Ħadd filgħodu tas-“sold għal Santa Marija”… Xi ġmiel ta’ komunita’! In-nies kienet tagħti l-flus għax tara l-opri jsiru. Id-damask, l-istatwi, meta ġiet il-banda … U xi ngħidu għal-lecture bis-slides mis-Superjur tal-MUSEUM? Kulħadd iċċassat lejn il-liżar imwaħħal mal-ħajt, nistennew stampa wara oħra, u nistagħġbu avolja jkunu eżatt bħal tas-sena l-oħra.