Il-Kappillan Tal-Gżira Joffri S-Sala Parrokkjali Għal-Laqgħa Tal-Kunsill Lokali
Wara s-sitwazzjoni li nqalgħet fil-lokalita’ tal-Gżira, minħabba li l-lift mhux jaħdem u kunsillier b’diżabilita’ ma jistax jitla’ fl-uffiċju tal-Kunsill Lokali, il-Kappillan Dun Gordon Refalo minn jheddu offra lill-Kunsill Lokali s-sala parrokkjali, li hija aċċessibli, biex sakemm tissolva l-problema tal-lift, il-laqgħat tal-kunsill isiru hemm.
Min-naħa tiegħu s-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manche’ qal li saret talba uffiċjali mad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex il-Kunsill Lokali tal-Gżira jingħata permess speċjali biex il-laqgħa tkun tista’ ssir barra l-uffiċini tal-kunsill, peress li fil-preżent il-liġi ma tippermettix.