Inċident Bil-Mutur Fin-Naxxar

 Inċident Bil-Mutur Fin-Naxxar

Raġel ta’ 41 sena residenti l-Gżira, għal xi t-tmienja u kwart ta’ filgħodu, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda ssuq, tat-tip Suzuki, u waqa’.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com