Inċident Tat-Traffiku Fi Vjal Ix-Xarolla Fiż-Żurrieq
Illum, għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Kia Sportage misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti ż-Żurrieq u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti n-Naxxar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għallaktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.