It-Temp Illum Jissaħħab Xi Ftit

It-temp illum isir xi ftit imsaħħab kultant, b’waqtiet twal xemxin u jinħass pjuttost umdu.
Ir-riħ ħafif (F2-3) l-aktar mill-Punent Majjistru (WNW)..
Il-baħar ġeneralment ħafif.
L-ogħla temperatura llum: 32°C; l-inqas illejla: 24°C.
Tinħass: 38°C | 26°C
Indiċi UV: 9
Ritratt mill-isbaħ miġbud dal-aħħar fil-limiti taż-Żebbuġ f’Għawdex, grazzi għal Louis Abela