Kontu Tafu Li Bħal-Lum Kien Telaq il-Konvoj Ta’ Santa Marija Fi Triqtu Lejn Malta?

 Kontu Tafu Li Bħal-Lum Kien Telaq il-Konvoj Ta’ Santa Marija Fi Triqtu Lejn Malta?

Kien bħal-lum 2 t’Awwissu tal-1942 meta l-konvoj ta’ Santa Marija bl-isem Operation Pedestal telaq minn Clyde fl-Ingilterra.

Il-vapur ewlieni kien HMS Nigeria. Il-First Sea Lord of the Admiralty, A.V. Alexander, f’messaġġ li bagħat lill-ekwipaġġi qalilhom li Malta kienet għal xi żmien taħt periklu kbir.

Alexander qal li għalhekk kien imperattiv li jibqa’ jkollha l-provisti meħtieġa. Il-mumenti tagħha kienu kritiċi u l-Ingliżi ma setgħux ma jgħinuhiex.

Alexander qal li Malta kienet żammet kontra l-eqqel attakki mill-ajru li qatt saru, iżda kienet teħtieġ l-għajnuna tal-baħrin biex tkompli l-battalja. Huwa qal li l-kuraġġ ta’ Malta kien jistħoqq l-kuraġġ tagħhom ukoll.

Ritratt: https://www.ibiblio.org/hyperwar

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com