”L-Ewwel Għeluq Sninek Fil-Ġenna” – Mart Enzo Gusman

 ”L-Ewwel Għeluq Sninek Fil-Ġenna” – Mart Enzo Gusman

Id-disa’ ta’ Awwissu, lejliet il-festa ta’ San Lawrenz huwa jum għeluq snin Enzo Gusman. Infatti imsemmi għal dan il-qaddis, Enzo twieled fl-1947 u ħalliena fit-18 ta’ Diċembru li għadda.

Mart Enzo, Carmen kitbet fuq il-profil ta’ facebook tagħha, li kieku llum Enzo kien qed jiċċelebra il-75 sena tiegħu, iżda minflok dan ser ikun l-ewwel għeluq sninu fil-ġenna. Hija saħqet li filwaqt temmen li qed ibati inqas, tammetti li timmisjah kull ġurnata u li jibqa’ f’qalbha għal dejjem. Ittemm il-messaġġ tagħha billi tgħid lil Enzo li tħobbu ħafna u għal dejjem

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com