Lyndsay Pace Dalwaqt B’Album Ġdid

 Lyndsay Pace Dalwaqt B’Album Ġdid

Minn festivals popolari u proġetti relatati mal-midja kif ukoll nominazzjonijiet prestiġjużi, Lyndsay Pace żgur mhix stranġiera fix-xena mużikali. Il-kantanta versatili minn dejjem kellha passjoni aħħarija għall-mużika u dan dejjem kien evidenti minn età relattivament żgħira fejn hija ġġorr il-preżenza naturali tagħha u l-abbiltajiet kunfidenti fiha nnifisha permezz ta’ kull wirja tagħha fuq il-palk.

Lyndsay se tkun qedha tnedi l-album ġdid tagħha “Dopamine” fl-20 ta’ Settembru ġewwa Ivy House, Pembroke mit-8:30pm ‘il quddiem waqt avveniment speċjali fejn se tkun qedha tesegwixxi sessjoni live unplugged mal-band tagħha. Ir-repertorju tagħha jinkludi 12-il kanzunetta fuq stil pop b’kolaborazzjoni ma’ Highkey Music mir-Renju Unit li minnhom diġà smajna fuq l-istazzjonijiet tar-radju ewlenin u qegħdin ukoll disponibbli fuq il-pjattaformi digitali kollha bħal Spotify, ITunes, Apple Music eċċ.

Fost diversi kanzunetti, l-aktar single riċenti tagħha “Trippin’” toħloq atmosfera ta’ enerġija pożittiva u għandha melodija mexxejja ħafna. Din is-silta hija wkoll propju akkumpanjata minn vidjo mużikali animat, produzzjoni u direzzjoni ta’ Aaron Zarb.

L-ambizzjoni ta’ Lyndsay hi li tilħaq l-għanijiet tagħha bhala artista stabbilita fil-potenzjal sħiħ tagħha u tittama li fiż-żmien dovut tkun tista’ tirnexxi barra minn xtutna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com